Muscat: L-Oppożizzjoni ngħaqdet wara Simon Busuttil | One News

Notifiki

Muscat: L-Oppożizzjoni ngħaqdet wara Simon Busuttil

Waqt l-intervista fuq ONE, mitlub jikkummenta dwar il-fatt li l-Maltin għadhom jitkellmu fuq Egrant Joseph Muscat qal li l-ġimgħa li għaddiet tenna li jittiama li l-oppożizzjoni tingħaqad. “Hu l-oppożizzjoni ingħaqdet wara Simon Busuttil. Huwa ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni de facto huwa Simon Busuttil. L-oppożizzjoni għamlu għażla li jappoġġjaw lil Simon Busuttl f’dak li jagħmel u jaqblu li ma jerfax ir-responsabbiltà. Bħala fatt Adrian Delia u l-PN għamlu l-gidba tal-Egrant tagħhom,” insista Joseph Muscat.

Spjega li lellhom l-okkażżjoni li jgħabbuha fuq min kien parteċipi. Iżda, minflok iddeċidew li jingħaqdu warajh u jagħmluh kap tal-oppożizzjoni mill-ġdid u allura tgħabbew b’din il-gidba. “Gidba li xi ħadd poġġa bilqiegħda biex iffalsifika dokumenti u firem bil-għan li joħloq instabbiltà fil-pajjiż,” qal Joseph Muscat.

Fakkar kif l-ikbar vittma f’dan kollu kienu se jkunu l-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. “Xejn mhu se jħassar il-fatt li din hi sitwazzjoni fejn l-oppożizzjoni tirkeb fuq frodi tidistabilizza l-pajjiż,” qal Joseph Muscat li temm jgħid li jrid ġustizzja għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend