Mewġa ta' sħana qawwija fuq l-Ewropa | One News

Notifiki

Mewġa ta’ sħana qawwija fuq l-Ewropa

Aktar minn seba’ mitt pumpier qed jissieltu ma’ nirien qawwija li ħakmu lin-naħa t’isfel tal-Portugall, hekk kif l-Ewropa tkompli tinħakem minn mewġa ta’ sħana qawwija.

It-temperaturi laħqu s-sitta u erbgħin grad celcius, viċin ir-rekord nazzjonali tal-Portugall ta’ sebgħa u erbgħin punt erbgħa gradi celcius.

It-temperaturi sħan jinsabu wkoll fi Spanja, fejn ġew irrappurtati tliet każijiet ta’ mewt minħabba attakki tal-qalb ikkawżati mis-sħana.

Lil’hinn mill-Portugall u Spanja għaddejja mewġa ta’ sħana fuq il-pajjiżi kollha bejn il-Greċja u l-Iżvezja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend