ARA: L-Inter Club Malta joħloq l-ikbar arma f'Malta | One News

Notifiki

ARA: L-Inter Club Malta joħloq l-ikbar arma f’Malta

L-Inter Club Malta, li huwa klabb għas-sapporters tat-team Taljan Inter, qed jiċċelebra l-erbgħin sena mit-twaqqif tiegħu. Kien lura fl-elf disgħa mija u tmienja u sebgħin li grupp ta’ parititarji Interisti Maltin ingħaqdu u ffurmaw il-kumitat li jservi ta’ pont bejn il-klabb ġgantesk Taljan u l-benjamini Maltin.

Fl-aħħar jiem fil-każin tal-Inter f’Santa Venera, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet il-klabb organizza esebizzjoni ta’ diversi memorabbilja tal-Inter, fosthom flokkijiet u elfejn u ħames mitt pins tal-glekkijiet.

Dwar dan tkellimna ma’ Marcel Mercieca, li huwa l-President tal-istess klabb.

Hija okkażjoni verament speċjali għalina l-membri kollha illi din is-sena qed  nagħmlu dan l-avveniment hekk kbir. Parti miċ-ċelebrazzjonijiet hija din l-exhibition illi qed taraw. Kellna ħafna attivitaijiet matul is-sena u affarijiet oħra għadhom ġejjin.

Iżda l-ikbar attrazzjoni f’din l-esebizzjoni kienet arma kbira tal-Inter, li ilha tinħadem diversi xhur. Fis-sbatax ta’ Awwissu li ġej, din l-arma se titniżżel fl-istorja tar-rekords Maltin bħala l-ikbar arma ta’ kull tip f’pajjiżna. Membri tal-kumitat spjegaw ma’ ONE NEWS ix-xogħol intensiv li sar fuqha.

Mela din l-arma damet biex titlesta qisu daqs ilna minn Novembru għaddejjin fuqha u għall-iskop għall-Malta Records. Bħala materjal biex inħadmet u hekk magħmula mill-karti u injam u ovvjament jidħol iż-żebgħa u hekk

Għal kumitat tal-Inter Club Malta, it-tragward ta’ erbgħin sena mit-twaqqif huwa wieħed storiku. Diversi membri stqarrew li għalkemm għaddew għexieren ta’ snin, għad hemm l-istess entuzjazmu tal-bidu. Il-hsieb huwa li din il-ħidma titkompla biex tikber il-familja tal-Interisti f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend