Żwiemel: Għada ssir it-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran | One News

Notifiki

Żwiemel: Għada ssir it-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran

Matul il-lejl li għadda s-sewwieq Charles Camilleri telaq lejn Moska r-Russja sabiex għada jipparteċipa fit-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran. Infakkru li l-ewwel tappa saret Malta kif inhi t-tradizzjoni fejn fiha s-sewwieq Rodney Gatt qasam l-ewwel post flimkien mas-sewwieq Taljan Francesco La Rosa.F’dan il-kampjonat tal-Mediterran is-sewwieqa Maltin dejjem ħarġu bl-unuri u bħala Tim kemm il-darba rnexxielna noħorġu rebbieħa inkluż fl-edizzjoni tas-sena l-oħra.

Charles Camilleri ċertament li mhux l-ewwel darba li qed jipparteċipa f’dan il-Kampjonat fejn is-sena l-oħra saħħansitra rnexxielu jirbaħ it-tappa ta’ Franza pero għalih din ser tkun l-ewwel esperjenza fil-korsa ta’ Moska r-Russja. Huwa mistenni isuq f’żewġ tiġrijiet li l-poloz tagħhom jitilaw ghada stess f’nofsinhar.

Jakkumpanja lil Charles Camilleri hemm is-Segretarju Ġenerali tal-Malta Racing Club Tommy Cunningham.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend