Simon tal-frejjeġ | One News

Notifiki

Simon tal-frejjeġ

Jekk tistaqsuni minn dak li smajt hemmx każ kriminali kontra Simon Busuttil ngħid le,  għax faċilment kien mazzun ta’ ħaddieħor,  u ma kellux għaqal biżżejjed, u l-għira ghamlet bih.  Jista’ jkun hemm provi,  imma għalissa ma nemminx.  Dan minħabba li ħafna nies joqgħodu jgħidu x’missu jsir lil nies “bħal dawn”.  Dejjem trid tapplika r-rule of law,  anke kontra l-aktar bniedem li jipprova jagħmillek ħsara. 

 

Imma dan ma jfissirx li ma hemmx ħwejjeġ oħra li lil Simon Busuttil iġibu ma jixraqlux li jkun wieħed milli jagħżel jew japprova l-imħallfin quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-Unjoni Ewropea.  U dan ngħidu bir-raġun.

 

Hareġ tweet għax l-Avukat Ġenerali u nies oħra appellaw lill-Qorti Kostituzzjonali minn sentenza mogħtija mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili.  Simon Busuttil qal li huwa inkredibbli kif dawn in-nies jappellaw,  u qed jgħajjarhom li qed jgħajtu l-ħażen.

 

Kull fejn hemm sistema ta’ appell,  ħadd ma jista’ jilmenta jekk in-naħa l-oħra tappella. Is-sistema ġudizzjarja tal-appell,  u f’ċerti pajjiżi hemm saħansitra tlett skaluni tal-appell,  tassigura ġustizzja u ħadd ma jista’ jimputa lil min jappella li hu malinn,  li qed jgħin il-ħażen,  li għandu l-faħam miblul.  Mela m’għandux fiduċja fil-Qorti Kostituzzjonali bi tlett imħallfin ?

 

Umbagħad hu japprova l-imħallfin għall-Qorti supranazzjonali ?????

 

Hemm aktar minn hekk.  Ma jixraqlux li jkun avukat,  imqar bit-titlu.  Niskanta kif il-Kamra tal-Avukati (mindu telaq il-Boċċa li kellu oġġetti kbar)  spiċċat bla …….   Kif tista’ tħalli avukat jgħajjar lill-Avukat ieħor,  li nzerta l-Avukat Ġenerali  u lill-avversarji tiegħu fil-kawża ????  jew ir-regoli japplikaw biss meta wieħed juża kliem bħal dak fil-qrati biss ?

 

Dan hu l-bniedem li jrid li titneħħa kull korruzzjoni,  kull ħaġa ħażina fl-Istat,  u li hu kapaċi jnaddaf.  Allura bir-rule of law skont hu,  dak li jgħid hu vanġelu.

 

Li tinsulenta lil xi ħadd għax appella minn sentenza meta hemm dritt ta’ appell huwa nsult għar-rispett tar-rule of law.

 

U bir-raġunament tiegħu,  ħadd minn Malta m’għandu jmur b’kawża (naturalment fi stadju ta’ appell) quddiem il-Qorti ta’ Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.   Kif in-nies jappellaw ?  Ħażin skont Simon Busuttil.  Imma jekk m’għandhomx jappellaw allura l-anqas hu ma għandu joqgħod jeżamina l-imħallfin li se jkunu f’appell fuq sentenzi minn Malta.

 

Aħna aħna jew m’aħniex ?

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend