Roħs fil-prezzijiet għal-logħbiet tat-tieni u t-tielet diviżjoni – One News

Notifiki

Roħs fil-prezzijiet għal-logħbiet tat-tieni u t-tielet diviżjoni

Waqt laqgħa tal-Kunsill tal-MFA li saret ilbieraħ ġie mħabbar roħs fil-prezzijiet tal-logħbiet tat-tieni u t-tielet diviżjoni.  Kull adult li ser jattendi għal dawn il-logħbiet issa ser iħallas €2 filwaqt li tfal taħt it-tnax-il sena u anzjani jidħlu b’xejn.Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo sostna li l-MFA qed tagħmel dan fit-tentattiv li tressaq aktar nies lejn l-istadiums Maltin.

Waqt l-istess laqgħa l-kunsill approva r-regola ġdida li klabb jkun jista’ jwettaq ir-raba’ sostituzzjoni waqt logħbiet li jkun hemm eliminazzjoni diretta jew decider.

Ritratt: Domenic Aquilina

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend