Il-vapur Aquarius lura fil-Mediterran fuq missjoni ġdida | One News

Notifiki

Il-vapur Aquarius lura fil-Mediterran fuq missjoni ġdida

Il-vapur Aquarius se jkun qed jibda missjoni ġdida nhar l-Erbgħa li ġej fin-Nofsinhar tal-Mediterran.

Aquarius daħal fil-port ta’ Valencia b’aktar minn 600 immigrant wara li kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn Malta u l-Italja.

Il-vapur se jkun qed jitlaq minn Marseille għall-għaxar operazzjoni tiegħu din is-sena wara li salva aktar minn 3,000 persuna li ħarbu mil-Libja. 

Lura f’Ġunju Aquarius tella’ abbord 629 migrant, fosthom tfal u nisa li qed jistennew tarbija, ftit ‘il bogħod mill-kosta tal-Libja. L-operazzjoni ta’ salvataġġ saret fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ fil-Libja u ġiet ikkordinata miċ-ċentru ta’ salvataġġ f’Ruma fejn f’dan il-każ, iċ-ċentru ta’ salvataġġ ta’ Malta la kien l-awtorità kompetenti u lanqas dik ta’ koordinazzjoni.

Minkejja dan Matteo Salvini, il-mexxej tal-partit tal-lemin estrem tal-Lega nord baqa’ jinsisti li għandhom jidħlu Malta u wara nuqqas ta’ qbil il-Prim Ministru ġdid Spanjol Pedro Sanchez ħabbar li Spanja se tilqa’ l-vapur Aquarius.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend