Appell dwar bajd li nstab li fih is-salmonella | One News

Notifiki

Appell dwar bajd li nstab li fih is-salmonella

L-Awtoritajiet tas-Saħħa ġew infurmati minn awtoritajiet veterinarji dwar konferma ta’ salmonella f’bajd li huwa ppakkjat f’razzett f’Għawdex bin-numru tal-liċenzja PLG 016 fi Triq Domenica fir-Rabat f’Għawdex.

Dan ġie magħruf wara li sar moniteraġġ bħala parti minn programm ta’ kontroll veterinarju kontra s-salmonella.

L-Awtoritajiet tas-saħħa ordnaw li jinġabar il-bajd lura mis-suq ippakkjat minn dan ir-razzett mit-13 ta’ Lulju ‘l quddiem.

Il-Pubbliku huwa mwissi ma jikkunsmax bajd li huwa ppakkjat minn dan ir-razzett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend