UEFA Ewropa League: Valletta FC eliminati minn HSK Zrinkski Mostar – One News

UEFA Ewropa League: Valletta FC eliminati minn HSK Zrinkski Mostar

Tintemm l-avventura ta’ Valletta FC fil-UEFA Ewropa League hekk kif ilbieraħ, fis-Centenary Stadium huma sfaw megħluba minn HŠK Zrinjski Mostar bl-iskor ta 2-1. It-tim mill-Bożnija kwalfikaw b’aggregate ta’ 3 – 2 wara li l-ġimgħa l-oħra fl-ewwel leg il-partita intemmet fid-draw ta’ 1-1.

Valletta FC bdew il-partita tajjeb u kellhom diversi okkażjonijiet fejn setgħu fetħu l-iskor, iżda fil-31 minuta wasal l-goal li tefa’ lill-HŠK Zrinjski Mostar fil-vantaġġ, gowl ta’ Hrvoje Barisic. L-ewwel taqsima intemmet 1-0.

Għaddew biss 4 minuti mil-ftuħ tat-tieni taqsima u HŠK Zrinjski Mostar sfaw jilgħab bi plejer anqas meta tkeċċa għalihom Marin Galic li ġie muri t-tieni karta safra għal foul fuq Matteo Piciollo.

Fil-56 minuta loghob Valletta għamlu l-iskor indaqs meta Steve Borg iddepożita l-ballun fix-xibka biex għamel l-iskor 1-1.

Għaddew għaxar minuti u HŠK Zrinjski Mostar reġgħu marru mill-ġdid fil-vantaġġ, fejn kellna xutt minn barra il- kaxxa ta’ Milos Filipovic, bil- Goalkeeper Bonello jonqos milli ttajjar il-ballun, liema ballun spiċċa fix-xibka ta’ Valletta, għal skor finali ta 2-1.

Ta’ QabelLi Jmiss