UEFA Ewropa League: Tintemm l-avventura ta’ Balzan FC – One News

Notifiki

UEFA Ewropa League: Tintemm l-avventura ta’ Balzan FC

Tintemm ukoll l-avventura ta’ Balzan F.C. fit-tieni round ta’ kwaliffikazzjoni tal-UEFA Europa League meta ilbierah filghaxija f’Pasienky huma sfaw meghluba minn ŠK Slovan Bratislava bl-skor ta 3-1, biex gew eliminati b’aggregate ta’ 4-3.

Slovan Bratislava fetħu l-iskor wara 7 minuti logħob permezz ta’ Aleksandar Cavric; liema skor baqa’ ma nbidilx sa tmiem l-ewwel taqsima.

59 minuta logħob u Slovan Bratislava naqsu milli jagħmluwa tnejn, meta Aleksandar Cavric naqas milli jiskorja mill-11 il metru.

Għoxrin minuta mit-tmiem, Slovan Bratislava għamlu l-iskor 2-0 permezz ta’ Andraz Sporar bl-istess plejer minuta biss wara kabbar l-vantaġġ għal 3 – 0.

L-isforzi ta’ Bzaln ġew ippremjati fis-77 minuta meta Carlos Eduardo de Fiori Mendes, CADU skorja dak li kellu jkun l-aħħar gowl tal-partita.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend