Se jfittex l-għajnuna biex "ma jibqax jinkwieta lil ommu" | One News

Notifiki

Se jfittex l-għajnuna biex “ma jibqax jinkwieta lil ommu”

Raġel ta’ 28 sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li qal li se jfittex l-għajnuna biex joħroġ mill-vizzju tad-droga. 

L-akkużat tressaq quddiem il-Maġistrat Claire-Louise Stafrace akkużat bil-kultivazzjoni ta’ xitel tal-kannabis, u li kellu arma tan-nar fil-pussess tiegħu mingħajr liċenzja.

 

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda ammetta li kellu problema tad-droga. Huwa ntbagħat l-Isptar Monte Karmeli għal kura temporanja, u minn jeddu stess se jirrikorri għal programm ta’ rijabilitazzjoni biex “ma jibqax jinkwieta lil ommu”.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend