Bil-Filmat: Jinstab raġel mejjet f'San Ġiljan | One News

Notifiki

Bil-Filmat: Jinstab raġel mejjet f’San Ġiljan

Il-Pulizija qed tinvestiga sejba ta’ raġel 30 sena li nstab mejjet f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan.

One.com.mt jinsab infurmat li r-raġel ta’ nazzjonalità Ingliża nstab mejjet għall-ħabta tal-5.00 p.m. Xhieda fuq il-post qalu ma’ dan l-istazzjon li r-raġel x’aktarx miet kawża ta’ teħid eċċessiv tad-droga.

Fuq il-post issejaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei li ċċertifika lir-raġel mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend