Numri ġodda f'Birżebbuġa u Ħad-Dingli | One News

Notifiki

Numri ġodda f’Birżebbuġa u Ħad-Dingli

Is-Sezzjoni tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’: Triq il-Progress, Birżebbuġa u Triq Misraħ Sufara, Ħad-Dingli li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.

L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-31 ta’ Lulju, 2018, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali http://www.electoral.gov.mt taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.

Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mill-31 ta’ Lulju, 2018.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend