Minn 5 persuni għal 300 ħaddiem – Ferratum Bank | One News

Notifiki

Minn 5 persuni għal 300 ħaddiem – Ferratum Bank

Bank internazzjonali li jibbaża l-ħidma tiegħu fuq it-teknoloġija finanzjarja se jkompli jkabbar l-operat tiegħu IL-Bank Ferratum li ilu jopera f’Malta għal dawn l-aħħar ħames snin kompla jinvesti fl-operat tiegħu f’pajjiżna hekk kif fetaħ binja ġdida ta’ uffiċini fil-Gżira.

Dan il-bank huwa differenti fix-xorta tiegħu hekk kif jibbaża l-operat tiegħu fuq il-qasam fintech u joffri servizzi fil-qasam fianzjarju fuq livell internazzjonali.  .

Fil-fatt il-bank li beda mill-Finlandja illum huwa ibbażat f’ħamsa u għoxrin pajjiż differenti.

Jorma Jokela, il-fundatur tal-bank qal li fil-bidu l-bank kien iħaddem biss ħamsa minn nies. Iżda llum l-operat tant kiber li l-bank iħaddem il-fuq minn tlett mitt ruħ bl-ammont mistenni jkompli jiżdied.  Jokela saħaq li l-operat f’Malta huwa wieħed mill-iktar sisien importanti għall-bank.  Dan għaliex hawnhekk għandu ħaddiema tajbin, regolatur li jifhem il-miri tal-bank u l-iktar ħaġa importanti, gvern li jagħati imporanza lis-settur tat-Teknoloġija Finanzjarja.

 

You need the government to understand the new technology and the power of the new technology for the different business industry and especially the banking industry. That’s the main, three main reasons, for the people, regulator and government, why we chose the Malta.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji Silvio Schembri saħaq li f’dawn l-aħħar xhur ħarġet aktar fid-deher il-linja li qabad pajjiżna fis-settur tat-teknoloġija finanzjarja.

 

Dawn l-aħħar xhur stajna naraw kif il-pajjiż issa qed jaqbad linja oħra, direzzjoni oħra anke fis-servizzi finanzjarju fosthom l-aspett teknoloġiku fejn anke hemmhekk bħala regolatur, jekk jiġifieri naraw l-MFSA, waqqafna unit apposta fuq Fintech sabiex operaturi bħal dan il-bank ikunu jistgħu ikomplu jikbru. 

llum għadna kif filfatt ħabbarna strutturi ġodda anke fi ħdan l-MFSA kif ukoll titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-istess regolatur biex naraw li s-settur finanzjarju ikompli jissaħħaħ u jkompli jikber ġewwa pajjiżna.”  (28 Secs)

Huwa żied jgħid li filwaqt li Ferratum Bank se jespandi, jikber u jikseb rikonoxximent internazzjonali, Malta se tkompli tesebixxi lilha nnifisha bħala ċentru fejn banek fil-qasam tal-fintech jistgħu joperaw b’suċċess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend