Mill-Anzjan għall-Anzjan | One News

Notifiki

Mill-Anzjan għall-Anzjan

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis nieda l-proġett pilota Mill-Anzjan għall-Anzjan ġewwa l-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ. L-għan ta’ dan il-proġett hu li jinkoraġġixxi l-anzjanità attiva u li jipprovdi iktar appoġġ sabiex anzjani li għandhom livelli aktar ta’ dipendenza jkunu jistgħu jibqgħu fil-komunità.

Anthony Agius Decelis tenn illi bħala Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva huwa l-irwol tiegħu li jara li dak li hemm miktub fil-Politika Strateġika Nazzjonali Għal Anzjanità Attiva jitwettaq, u dan il-proġett huwa eżempju ieħor ta’ kif dan is-segretarjat, flimkien mad-Dipartiment għal Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, qiegħed jippromovi l-anzjanità attiva.

Fost ħafna rakkomandazzjonijiet, il-Politika Strateġika Nazzjonali Għal Anzjanità Attiva (2014) tagħmel referenza għall-irwol tal-volontarjat fil-komunità mill-anzjani, bħal per eżempju tisħiħ fil-psikoloġija.

B’hekk, dan is-Segretarjat Parlamentari bl-għajnuna tad-Dipartiment għal Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ngħaqad ma’ bosta entitajiet, inkluż il-knisja parrokjali ta’ Ħaż-Żebbuġ, l-Arċipriet Fr Daniel Cardona, u Help Age, li tagħmel parti minn Caritas Malta. S’issa f’Ħaż-Żebbuġ hawn madwar tlettax-il voluntier. Dan jindika li dan il-proġett qiegħed ikun ta’ suċċess.

Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor huma parti minn din l-inizjattiva.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend