Victoria Hotspurs jibdew id-difiża tat-titlu kontra Nadur Youngsters | One News

Notifiki

Victoria Hotspurs jibdew id-difiża tat-titlu kontra Nadur Youngsters

Illum telaw il-poloz tal-GFA Kampjonat l-Ewwel Diviżjoni u GFA Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni flimkien mal-poloz tal-GFA Cup.  Il-poloz ittellaw minn Horace Laudi f’isem l-BoV u l-President tal-GFA Dr Samuel Azzopardi.

Iċ-ċampjins tal-ewwel diviżjoni Victoria Hotspurs serjibdew id-difiża tat-titlu kontra Nadur Youngsters li minn naħa tagħhom spiċċaw fit-tieni post tal-Kampjonat tal-ewwel diviżjoni matul l-istaġun li għadda.  Il-kumplament tal-logħbiet tal-ewwel ġurnata huma dawn:-

Għarb Rangers        vs       Għajnsielem

Munxar Falcons      vs       Kerċem Ajax

Xewkija Tigers         vs       SK Victoria Wanderers

 

L-ewwel ġurnata tal-GFA Tieni Diviżjoni se tlaqqa lil dawn it-timijiet:-

Oratory Youths       vs       St. Laurence Spurs

Qala Saints              vs       Sannat Lions

Xagħra United        vs       Żebbuġ Rovers

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend