Tlieta jinħatfu u jinqatlu fil-Kapitali Afgana – One News

Notifiki

Tlieta jinħatfu u jinqatlu fil-Kapitali Afgana

Tliet persuni nħatfu u nqatlu fil-kapitali Afgana ta’ Kabul f’dak li qed ikun meqjus mill-pulizija bħala każ terroristiku. Il-persuni kienu mill-Indja, l-Malasja u l-Maċedonja.

L-investigaturi qalu li l-persuni ttieħdu mill-karozza tagħhom fit-triqithom lejn l-ajruport, bl-iġsma tagħhom instabu aktar tard fid-distrett ta’ Mussahi. Sa issa l-ebda grupp ma refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend