Ordnat iħallas lura lil ommu wara li seraq oġġetti mingħandha minħabba l-vizzju tad-droga | One News

Notifiki

Ordnat iħallas lura lil ommu wara li seraq oġġetti mingħandha minħabba l-vizzju tad-droga

Raġel ta’ 32 sena mill-Marsa kien ordnat mill-Qorti biex jagħti lura €2,300 lil ommu wara li seraq xi oġġetti mingħandha minħabba l-vizzju tad-droga. Neville Abela mill-Marsa deher quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri akkużati b’serq u pussess ta’ eronia u kokaina.

Huwa ammetta lura f’Ġunju li kien seraw xi oġġetti minn ommu biex ikun jista’ jikseb flus minnhom għall-vizzju li kellu. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat kien qed jgħix m’ommu kontra r-rieda tagħha, u kienet keċċietu diversi drabi.

Wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih lura f’Ġunju, il-Qorti poġġiet lil ġuvni fuq ordni ta’ probation għal tliet snin, u li jieħu t-trattament meħtieġ. Huwa qed ikun ordnat ukoll li jħallas l-€2,300 li seraq mingħand ommu fi żmien tliet snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend