Operaturi jitwaqqfu milli jkomplu jagħlfu l-ħut wara materjal li infirex mal-kosta – One News

Notifiki

Operaturi jitwaqqfu milli jkomplu jagħlfu l-ħut wara materjal li infirex mal-kosta

Spezzjonijiet mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi ikkonfermaw li  l-maġġoranza ta’ tniġġis li ntlemaħ fl-ibħra tan-naħa t’isfel ta’ Malta ġej mill-industrija tat-tonn. B’konsegwenza, diversi operaturi tal-industrija twaqqfu milli jkomplu jagħlfu l-ħut sakemm ma jimplimentawx il-miżuri meħtieġa. 

 Il-konklużjonijiet tal-ispezzjonijiet juru biċ-ċar li diversi kundizzjonijiet tal-permess ma kinux qed jiġu rispettati mill-operaturi tal-fish farms. Il-bieraħ stess, wara jum ta’ ilmenti minn diversi residenti ta’ Marsaskala, il-Ministeru José Herrera ddirezzjona lill-ERA u d-Dipartiment tas-Sajd sabiex jieħdu l-passi u l-miżuri bl-aktar mod effettiv fil-parametri kollha tal-liġi kontra dawk l-operaturi li naqsu milli jonoraw l-obbligazzjonijiet tagħhom f’dan il-kuntest u skont il-grad tal-ksur tal-istess kundizzjonijiet.

Irriżulta li l-operaturi tal-fish farms ma ħadux azzjoni biex jimmitigaw il-ħruġ ta’ żjut u materjal ieħor fil-baħar, u ttieħdu miżuri immedjati biex dawn jitwaqqfu milli jkomplu jagħlfu l-ħut sakemm ma jimplimentawx il-miżuri neċessarji.  Il-federazzjoni li tiġbor fi ħdana numru ta’ operaturi kkomettiet mal-gvern li ser tkun qed tħares illi din il-miżura tiġi implimentata.

 Il-Ministru Herrera wera sodisfazzjon għall-ftehim li ntlaħaq ilbieraħ bejn numru ta’ operaturi, iżda saħaq li l-kundizzjonijiet marbuta mal-permess għandhom jiġu rispettati fl-intier tagħhom u mhux tolerabbli bl-ebda mod li kwalunkwe kundizzjoni ma tiġix rispettata. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend