Miċħuda talba oħra għall-ħelsien mill-arrest għat-tliet irġiel mixlija bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia | One News

Notifiki

Miċħuda talba oħra għall-ħelsien mill-arrest għat-tliet irġiel mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Kienet miċħuda t-talba għall-ħelsien mill-arrest lit-tliet irġiel mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Din ma kinitx l-ewwel talba għall-ħelsien mill-arrest tal-aħwa Alfred u George Degiorgio u ta’ Vince Muscat kienet miċħuda.

Il-Pulizija kienet arrestat lit-tliet irġiel f’Diċembru b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia b’karozza bomba nhar is-16 t’Ottubru.

Il-Qorti qalet li ma hemm ebda raġuni biex l-akkużati jingħataw il-ħelsien mill-arrest meta wieħed iqis il-każ tagħhom sew.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend