Jingħalqu n-negozji fiż-Żimbabwe bi stennija għar-riżultat elettorali – One News

Notifiki

Jingħalqu n-negozji fiż-Żimbabwe bi stennija għar-riżultat elettorali

In-negozji fil-kapitali taż-Żimbabwe, Harare, għalqu hekk kif il-pajjiż qed jistenna r-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali. Dan fost tensjoni kbira li ħakmet lill-pajjiż waqt li pulizija u suldati armati qegħdin iduru l-pajjiż, jordnaw liċ-ċittadini biex jobdu.

Intant, l-Erbgħa nqatlu tliet persuni fost ġlied li nħoloq bejn il-forzi tas-sigurta u dawk li jappoġġjaw lill-mexxej tal-Oppożizzjoni, Nelson Chamisa. Dawn l-elezzjonijiet kienu l-ewwel li saru minn mindu Robert Mugabe tkeċċa f’Novembru li għadda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend