Ħadd midrub f'nirien f'appartament f'Għajnsielem | One News

Notifiki

Ħadd midrub f’nirien f’appartament f’Għajnsielem

Ħadd ma ndarab meta appartament f’Għajnsielem f’Għawdex inħakem minn nirien. 

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-9:30 fi Triq Malta f’Għajnsielem f’Għawdex meta ntlemaħ duħħan ħiereġ mill-apparat tal-arja kkundizzjonata. Ġara li proprju ftit tal-ħin wara dan inħakem minn nirien fejn kien għalekk li ġew mgħarrfa l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.

Mal-wasla l-Protezzjoni Ċivili bdew il-ħidma tagħhom fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.

Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend