Żewġt irġiel jistupraw tfajla ta’ 14-il sena – One News

Notifiki

Żewġt irġiel jistupraw tfajla ta’ 14-il sena

Tfajla ta’ 14-il sena ġiet salvata mill-pulizija wara li nstabet mitluqa barra fit-triq. Huwa mifhum li t-tifla sfat stuprata diversi drabi minn żewġt irġiel li saħansitra użawha għall-prostituzzjoni.

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, illum fil-qorti Ismael Alirou min-Niger u Adama Tonkara mill-Mali; it-tnejn ta’ 28 sena wieġbu li mhumhiex ħatja.

Iż-żewġt irġiel ġew akkużati li kkorrompew lit-tifla bi skopijiet ħżiena fosthom li jaqilgħu l-flus minn fuqha. L-ispettur Roxanne Tabone mexxiet il-prosekuzzjoni.

Jidher li l-akkużati; wieħed jgħix barra fit-triq u l-ieħor jgħix flimkien ma’ tmien persuni oħra ġo garaxx fil-Ħamrun.

Huwa mifhum li t-tifla kienet maħruba mid-dar minħabba problemi familjari.

It-talba għal-libertà proviżorja ġiet miċħuda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend