Sejba ta' 95 kapsola bi droga suspettata kokaina moħbija fi stonku ta' raġel | One News

Notifiki

Sejba ta’ 95 kapsola bi droga suspettata kokaina moħbija fi stonku ta’ raġel

F’Ħidma  mill-Iskwadra  ta’  kontra  d-Droga,  flimkien  ma’  Uffiċjali  mid-Dipartiment   tad-Dwana, irriżultat f’sejba ta’ 95 kapsola kontenenti d-droga suspettata kokaina li kienet moħbija fl-istonku ta’ raġel mill-Peru ta’ 33 sena. Il-Peruvjan wasal Malta fuq titjira minn Dubai fit-30 ta’ Lulju 2018.

Wara nvestigazzjonijiet mill-Pulizija, ir-raġel tressaq b’arrest illum  quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. M  Vella LL.D   akkużat bl-assoċjazzjoni, l-importazzjoni u l-pussess aggravat tad-droga kokaina.

Huwa ma ngħatax  il-liberta proviżorja u qed jinżamm taħt arrest  ġewwa  l-Faċilita’  Korrettiva  ta’ Kordin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Aktar dettalji malli jaslulna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend