ARA: Qabda ta' iktar minn 9 miljun sigarett tal-kuntrabandu maqbuda bejn Jannar u Ġunju | One News

Notifiki

ARA: Qabda ta’ iktar minn 9 miljun sigarett tal-kuntrabandu maqbuda bejn Jannar u Ġunju

Id-Dipartiment tad-Dwana qabad iktar minn 9 miljun sigarett tal-kuntrabandu fl-ewwel sitt xhur tal-2018 f’ħidma bla qies mill-ħaddiema tagħha. 

Id-Dipartiment irreġistra riżultati inkoraġġanti f’dak li hu infurzar, fejn fosthom inqabdu ukoll:

  • 78.2 kilogramm tabakk;
  • 8 kilogrammi kannabis u 2 kilogrammi kokaina;
  • 3 karozzi;
  • 19-il pakkett mill-posta b’ammonti żgħar ta’ droga li ġew riferuti lill-Pulizija;
  • 99,570 oġġett kontrafatt fosthom ħwejjeġ u żraben;
  • 2,617 flixkun inbid u xorb alkoħoliku

 Fi stqarrija, id-Dipartiment tad-Dwana sostna  li l-kuntrabandu huwa reat kriminali serju ħafna li, f’każ ta’ ħtija quddiem il-Qorti, iġorr miegħu penali fiskali ħorox, konfiska tal-mezz tal-ġarr, konfiska tal-mezz tal-ħażna u, saħansitra, anki kkunsidrata piena karċerarja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend