Martial immultat minn Manchester United – One News

Notifiki

Martial immultat minn Manchester United

L-attakant Franċiż ta’ Manchester United Anthony Martial mistenni li jiġi immultat ġimgħatejn paga wara li ma rrappurtax lura għat-taħriġ mar-red devils.  Martial ingħata permess li jħalli l-iskwadra ta’ Manchester United li kienet għaddejja b’tour fl-Istati Uniti hekk kif it-tfajla tiegħu kienet ser twelled.

Wara t-twelid tat-tarbija, Martial naqqas li jirritorna lura biex ikompli bit-taħriġ mal-iskwadra, xi ħaġa li urtat bil-kbir lil manager tat-tim Jose Mourinhio.  Martial tilef it-telfa li kellhom ir-red devils kontra Liverpool u r-rebħa tal-bieraħ kontra Real Madrid.

Din l-aħbar bla dubju ser tkompli tohloq inċertezza akbar dwar il-futur tal-Franċiż ma’ Manchester United hekk kif jidher li l-plejer mhux kuntent li jkompli bil-karriera tiegħu mar-red devils.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend