L-MATS tagħti donazzjoni ta' €30,000 lill-MCAST | One News

Notifiki

L-MATS tagħti donazzjoni ta’ €30,000 lill-MCAST

Is-Servizzi Maltin tat-Traffiku fl-Ajru se jagħtu donazzjoni ta’ €30,000 lil MCASR biex jitwaqqaf laboratorju state of the art fl-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport. Is-somma ta’ €10,000 diġa’ ġiet mogħtija waqt avveniment li sar fl-istitut.

Il-Laboratorju se jintuża minn studenti li jistudja id-Diploma fl-Elettronika Industrija fil-livell avvanzat; kors ġdid offrut mill-MCAST li se jkun qed jieħu post 7 diplomi avvanzati li kienu offruti qabel mid-dipartiment.

Permezz ta ‘din id-donazzjoni, l-MCAST xtara sistema ġdida magħmula minn 22 monitors li se jagħmlu madwar nofs l-ammont donat.

Fil-jiem li ġejjin permezz ta ‘proċess ieħor ta’ akkwist se jiġu akkwistati żewġ servers u tagħmir ulterjuri u aċċessorji oħra.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend