Balzan FC jħallu Malta dalgħodu – One News

Notifiki

Balzan FC jħallu Malta dalgħodu

Balzan FC dalgħodu ħallew pajjiżna sabiex jibdew bil-vjaġġ tagħhom lejn l-iSlovakkja qabel għada fit-20.30 ta’ filgħaxija jaffaċċjaw lil Slovan Bratislava fit-tieni leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Ewropa League.  Fl-ewwel leg li intlagħbet f’pajjiżna l-ġimgħa li għaddiet Balzan FC rebhu 2 – 1 b’goals skurjati minn Kaljevic u Ljubomirac.

F’intervent telefoniku waqt il-programm L-Argument Ikompli, it-tim manager ta’ Balzan Peter Cipriott sostna li tezisti atmosfera tajba ħafna u jinsabu ottimisti li b’konċentrazzjoni massima t-tim jista jagħmilha għall-ewwel darba fit-tielet rawnd ta’ din l-istess kompetizzjoni.  Cipriott ikkonferma li ma hemm ebda problema ta’ injuries u anqas sospenzjonijiet hekk kif Andrija Majdevac, li kien tkeċċa fit-tieni leg tal-ewwel rawnd kontra Kesla FK, ser ikun qed jirritorna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend