Ammetta li kkawża ħsarat fuq il-bini tal-NSO | One News

Notifiki

Ammetta li kkawża ħsarat fuq il-bini tal-NSO

Kieran Lenagh ta’ 22 sena mill-Iskozja wieġeb ħati li l-bieraħ filgħodu kkawża ħsarat fuq il-bini tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fil-Belt Valletta, u ddisturba l-paċi pubblika. Il-Qorti kkundannatu sitt xhur priġunerija sospiża fuq tliet snin, u biex iħallas €1,360 f’danni.
Fost il-ħsarat li kkawża l-imputat hemm ħsarat fil-bieb ewlieni u xi ħġieġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend