Trump lest jiltaqa' mal-President tal-Iran wara battibekk fuq Twitter | One News

Notifiki

Trump lest jiltaqa’ mal-President tal-Iran wara battibekk fuq Twitter

“Lest niltaqa’ ma kulħadd, nemmen f’laqgħat ta’ dan it-tip”, saħaq il-President Amerikan Donald Trump waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White House iktar kmieni din il-ġimgħa meta mistoqsi hux lest jiltaqa’ mal-President tal-Iran Hassan Rouhani. Dan wara li dan ix-xagħar stess, Trump ħareġ fuq Twitter jattakka lill-Iran jekk ‘terġa’ thedded lill-Istati Uniti’. 

 

 

F’Mejju, l-Amerika rtirat ruħha minn ftehim biex ikunu limitati attivitajiet nukleari mill-Iran, bil-patt u l-kundizzjoni li jispiċċaw għal kollox sanzjonijiet militari.

Issa, l-Amerika lesta li terġa timponi sanzjonijiet fuq Tehran fi żmien ftit jiem, minkejja oġġezzjonijiet mil-Ewropa u ċ-Ċina, li ukoll kienu parti minn dan il-ftehim.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend