Qtil Doppju: Għada tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda | One News

Notifiki

Qtil Doppju: Għada tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, għada mistennija tibda tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Kevin Micallef ta’ 42 sena mill-Għarghur, li qed jigi akkuat bil-qtil doppju ta’ ommu Antonia ta’ 71 sena u zitu Maria ta’ 74 sena nhar it-Tnejn 23 ta’ Lulju.

Micallef kien tressaq il-Qorti aktar minn 48 siegħa wara l-arrest tiegħu, hekk kif mall-arrest ittieħed l-Isptar Monte Carmeli u ma kienx ġie nterrogat qabel ma ngħata r-rilaxx mill-psikjatri. Sa issa ntqal kif l-akkuat wettaq id-delitt hekk kif kien qed jissuspetta lill-vittmi li magħhom kien jgħix, kienu qed jitfawlu l-kalmanti fil-kafé u kif ukoll minħabba li ommu kienet tindaħallu meta jiġi biex joħroġ ma’ tfajla.

Intant, il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Kurt Zahra u Elton Taliana filwaqt li għall-akkużat qed tidher l-Avukat Martha Mifsud. Huwa qed jinżamm arrestat fit-taqsima forensika tal-Isptar Monte Carmelo fuq rakkomandazzjoni tal-Professjonisti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend