Miriam Dalli f'diskussjonijiet ma' Acronis Foundation biex jitfassal programm li jindirizza n-nuqqas ta' tfajliet fl-IT | One News

Notifiki

Miriam Dalli f’diskussjonijiet ma’ Acronis Foundation biex jitfassal programm li jindirizza n-nuqqas ta’ tfajliet fl-IT

Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli bdiet diskussjonijiet mal-Fondazzjoni Acronis biex jitfassal program ta’ taħriġ fl-IT u Artificial Intelligencespeċifikament għal bniet u tfajliet. 

Waqt żjara li għamlet fl-uffiċini tal-kumpanija Parallels f’Tas-Sliema, Dr Dalli qalet kif f’dawn l-aħħar snin is-settur tat-teknoloġija kompla jikber b’mod sostanjzali f’pajjiżna, u dan mistenni jkompli jikberaktar bit-tfassil ta’ qafas legali għas-settur tal-blockchain, li qed ipoġġi lil pajjiżna fuq quddiem nett f’din in-niċċa ekonomika ġdida.

Madanakollu, ftit humat-tfajliet u nisa li jħarsu lejn is-settur tat-teknoloġija bħala l-qasam li fih jistgħu jibnu l-karriera tagħhom, spjegat Miriam Dalli.

Statistika ricenti maħruġa mill-Università ta’ Malta turi kif,għas-sena akkademika 2017-2018,minn 378 student,fil-fakulta tal-Informazzjoni u t-Tekonoloġija,70 biss huma tfajliet. 

“Permezz ta’ programmi ta’ taħriġ immirati speċifikament lejn tfajliet u bniet sa minn eta żgħira inkunu qed inneħħu l-perċezzjoni li dan huwa aktar settur tal-irġiel filwaqt li naċċertaw ruħna li dan is-settur joffri opportunitajiet lil kulħadd,” spjegat Dalli.

Dr Miriam Dalli qalet, li dan il-proġett flimkien mat-tagħlim tal-coding fl-iskejjel tagħna, hekk kif imwiegħed minn Gvern Laburista, jista’ jgħinbiex aktar tfajliet u bniet iħarsu lejn l-industrija tat-teknoloġija bħala karriera futura tagħhom.

John Zanni, il-President tal-kumpanija Acronis u l-Fondazzjoni Acronis spjega kif dan il-proġett ta’ taħriġ fit-teknoloġija lil bniet u tfajliet  jista’ jkun parti mill-ħidma tal-Fondazzjoni biex tifrex it-tagħlim f’dan is-settur. Dan il-proġett f’Malta jista’ jikkumplimenta proġetti oħra ta’ riċerka u ta’taħriġ li diġa qed tagħmelAcronis Foundation f’Singapore fejn għandhom programmi ta’ taħriġ għal gruppi differenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend