Kolp ieħor b’saħħtu minn Ħamrun Spartans – One News

Notifiki

Kolp ieħor b’saħħtu minn Ħamrun Spartans

Tard ilbierah filgħaxija Ħamrun Spartans ħabbru l-akkwist tal-ex difensur ta’ Floriana Enrico Pepe.  Pepe wasal Malta propju ilbieraħ stess fejn immedjatament iffirma għal żewġ staġuni ma’ Ħamrun. It-Taljan ta’ 28 sena huwa wieħed mill-aqwa difensuri barranin li lagħab f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin.

Pepe sar it-tielet plejer li fl-istaġuni passata lagħbu ma’ Floriana taħt il-gwida tal-kowċ Giovanni Tedesco u issa ser jilagħbu taħt il-gwida tal-istess kowċ Taljan pero’ ma’ Ħamrun.  Il-plejers l-oħra huma Antonio Monticelli u Sebastian Nayar.

Inċidentalment l-ewwel konfront tal-istaġun ser ilaqqa’ lil Ħamrun kontra Floriana, s-sibt 18 t’Awwissu fis-6.30pm fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend