Inġieb Malta qabel mar l-Ingilterra u qatel 22 persuna f'kunċert | One News

Notifiki

Inġieb Malta qabel mar l-Ingilterra u qatel 22 persuna f’kunċert

Salman Abedi, li qatel 22 persuna waqt kunċert ta’ Ariana Grande f’Manchester, kien inġieb Malta wara li kien salvat mil-Libja minn bastiment navali Ngliż f’Awissu tal-2014. Dan imbagħad qabad it-triq lejn daru fl-Ingilterra, skont rapporti li deheru fil-midja Ngliża. Dak iż-żmien Abedi kellu 19-il sena.

Abedi qatel 22 persuna f’kunċert ta’ Ariana Grande li sar f’Manchester f’Mejju tas-sena li għaddiet. Aktar minn 200 persuna sfaw feruti.

Jidher ukoll li ħuħ Hashem u madwar 100 ċittadin ieħor Ingliż kienu evakwati lejn Tripli permezz tal-HMS Enterprise minħabba sitwazzjoni deterjoranti fil-Libja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend