Ikomplu jonqsu l-persuni f'riskju ta' faqar | One News

Notifiki

Ikomplu jonqsu l-persuni f’riskju ta’ faqar

 

Skont l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-persuni fir-riskju tal-faqar f’Malta u Għawdex kienu jgħoddu 82,652, jew 19.2 fil-mija tal-popolazzjoni u li kienet tfisser l-inqas rata ta’ faqar mill-2005.

 

L-istħarriġ li jinħadem fuq id-dħul tal-2016, juri li t-tnaqqis fil-popolazzjoni fir-riskju tal-faqar kien f’għdd ta’ kategoriji fosthom familji bit-tfal u familja bla tfal.

Miċ-ċifri joħroġ ukoll li naqsu bl-eluf il-persuni kklassifikati bħala li għandhom diprevazzjoni materjali severa li niżlu għal 3.3 fil-mija, terz tal-livell li kien erba’ snin ilu.

 

Fil-fatt waqt li fl-2013, pajjiżna kellu rata ta’ ċaħda materjali servera daqs dik fl-Unjoni Ewropea, illum ir-rata f’Malta hija nofs dik tal-Unjoni Ewropea.

Persuni meqjusa li għandhom ċaħda materjali severa huma dak li ma jifilħux jixtru erba’ minn disa’ nefqiet fosthom li darba iva u darba le jieklu laħam jew ħut jew ma jkunux jistgħu jmorru għal btala.

Matul l-2017, l-għadd ta’ persuni mċaħħda minn tal-inqas tliet affarijiet naqsu bi kważi 21 fil-mija jew 9,160 persuna waqt li dawk li kienu mċaħħda minn tal-inqas erba’ affarijiet naqsu bi 23 fil-mija jew b,4,300 persuna meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Fuq perjodu ta’ erba’ snin, dawk imċaħħda minn tliet affarijiet naqsu b’45,600 u dawk imċaħħda minn erba’ affarijiet naqsu b’24,860.

Iċ-ċifri tal-NSO juru li t-tnaqqis fl-għadd ta’ persuni b’ċaħda materjali naqsu fil-kategoriji kollha tant li dawl li ma jifilħux għal nefqa mhux mistennija, issa huma 20,400 anqas waqt li dawk li għandhom arretrati fil-ħlas lura ta’ self, kera jew kontijiet tad-dawl u ilma huma 11,800 anqas.

Fil-fatt meta mqabbel mal-2013, naqsu b’aktar minn 26 elf il-persuni li ma jifilħux għal spiża mhux mistennija u bi kważi 82 elf il-persuni li ma jaffordjawx btala darba fis-sena.  Jirriżulta wkoll li naqqsu b’aktar minn 35 elf il-persuni li ma jaffordjawx jixtru laħam, tiġieġ u ħut darba iva u darba le u tnaqqis ta’ kważi 77 elf fil-persuni li ma jaffordjawx iħallsu l-kontijiet tal-enerġija.

L-uffiċċju tal-Istatistika spjega li d-dħul medju tal-familja żdied minn €31,655 għal €33,202 filwaqt li d-dħul medja disponibbli żdied minn €26,247 għal €27,722. Konsegwenza ta’ din iż-żieda fid-dħul, għoliet għal €8,698, is-somma li min jaqla’ inqas minnha jkun meqjus fir-riskju ta’ faqar.

 

Dawn iċ-ċifri juru wkoll li dawk li qed jgħixu bi dħul inqas minn dak stabbilit sabiex persuna tkun fil-faxxa tar-riskju tal-faqar żdied b’0.3 fil-mija mis-sena ta’ qabel, fattur meqjus bħala normali minħabba li t-total ta’ dħul disponibbli qed jogħla kull sena.

Konferma ta’ dan toħroġ mill-fatt li dawk li qegħdin f’riskju ta’ faqar issa niżlu għal 19.2 fil-mija meta mqabbel mas-sena li għaddiet tant li dawk f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali naqsu fl-etajiet kollha, għajr għal żieda żgħira fost dawk li għandhom 65 sena jew aktar. Din kienet l-iċken żieda fost dawk li għandhom 65 sena jew aktar f’diversi snin u turi li l-ewwel miżuri li ddaħħlu għall-pensjonanti fl-2016 bdew iħallu l-frott.

Fuq Twitter, il-Prim Ministru Joseph Muscat wera s-sodisfazzjon tiegħu għal dawn ir-riżultati.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend