Higuain u Bonucci mistennija jibdlu l-klabb | One News

Notifiki

Higuain u Bonucci mistennija jibdlu l-klabb

Huwa kważi ċert li l-attakant Arġentin Gonzalo Higuain mistenni jħalli Juventus biex jingħaqad ma’ Milan b’self għal staġun, iżda fl-istaġun ta’ wara isir għal kollox plejer ta’ Milan.  Higuain mistenni jiswa lir-rossoneri €55 miljun.  Huwa kien ingħaqad ma’ Juventus sentejn ilu mingħand Napoli.

It-trasferiment ta’ Higuain mhux se jkun l-ewwel wieħed bejn iż-żewg klabbs matul dan is-sajf hekk kif huwa kważi ċert ukoll li Leanordo Bonucci se jerġa’ jirritorna lura ma’ Juventus.  Jidher li kemm Juventus u anke Milan waslu fi ftehim sabiex Leonardo Bonucci jerġa’ jilbes il-flok Juventin filwaqt li Mattia Caldara jħalli lil Juventus biex ukoll jingħaqad ma’ Milan

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend