Aktar stabbilità fil-klabb ta' Qormi FC…. jitwaqqa sekwestru ieħor | One News

Notifiki

Aktar stabbilità fil-klabb ta’ Qormi FC…. jitwaqqa sekwestru ieħor

Dalgħodu Qormi F.C. stenbħu b’aħbar tajba hekk kif grazzi għall-ħidma tal-president Victor Camilleri u l-kumitat tiegħu twaqqa’ s-sekwestru li kien sar minn ex-membru tal-kumitat tal-istess klabb.

Id-dejn, li kien jlaħħaq l-€20,000, issa tħallas u għalhekk Qormi FC ma fadlilhom ebda sekwestru ieħor ma’ ebda individwu ieħor.

Din l-aħbar qed titqies bħala waħda sodisfaċenti hekk kif dan kien it-tieni sekwestru li twaqqa’ fi ftit xhur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend