AĠĠORNAT: Tkompli l-kumpilazzjoni tal-każ tal-Kaptan tal-MV Lifeline | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Tkompli l-kumpilazzjoni tal-każ tal-Kaptan tal-MV Lifeline

Kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tal-Kaptan Claus Peter Reich li jinsab mixli fost l-oħrajn li uża vapur fl-ibħra territorjali Maltin mingħajr liċenzja u reġistrazzjoni.

Il-Kaptan Reisch ippreżenta riġal li rċieva mingħand il-Partit Soċjalist Demokratiku Ġermaniż fil-Parlament tal-Bavarja b’ringrazzjament ta’ xogħolu bħala kaptan fuq MV Lifeline partikolarment għas-salvazzjoni tal-240 immigrant li salva fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda.

Dr. Martin Bajada xehed quddiem il-qorti li wara li għamel riċerka diġitali irriżultalu li l-bastiment kellhu żewġt ismijiet qabel sar MV Lifeline.Il-Maġistrat Joe Mifsud awtorizza li l-ekwipaġġ tal-bastiment jagħmlu l-arranġamenti neċessarji biex jinġieb iżjed fuel fuq il-vapur biex ikunu jistgħu jħaddmu l-apparat abbord inkluż l-arja kkundizjonata u biex issir xi manutenzjoni fuq il-vapur.

Xehed issa l-Kurunell Alexander Dalli li serva ta’ espert tal-Qorti f’dan il-każ. Hu ppreżenta għadd ta’ ritratti li ħa waqt l-aċċess li sar fl-10 ta’ Lulju.

Seduta aġġornata għat-23 ta’ Awwissu li ġej bil-kaptan jingħata l-permess li sas-smiegħ li ġej jerġa jmur lura lejn pajjiżu.

 

Intant ħalla Malta lejn il-Portugall ir-raba’ grupp ta’ immigranti li daħal f’Malta fuq il-bastiment MV Lifeline.

Fil-grupp kien hemm ukoll omm u minuri.

Dan hu r-raba’ grupp li ħalla Malta hekk kif fil-5 ta’ Lulju, 51 immigrant marru lejn Franza, u fil-15 ta’ Lulju grupp ieħor mar il-Lussemburgu.

Il-ġimgħa li għaddiet telaq grupp ukoll lejn l-Olanda.

Dan wara li b’inizjattiva tal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat intlaħaq ftehim apposta għal dan il-każ, biex l-immigranti jitqassmu bejn għadd ta’ pajjiżi. Fil-fatt, apparti l-pajjiżi li diġà ħadu xi immigranti, hemm ukoll l-Irlanda, l-Italja, il-Belġju, u n-Norveġja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend