Il-PM f'laqgħa mal-Organizzazzjoni tan-Negozjar Estern fil-Ġappun | One News

Notifiki

Il-PM f’laqgħa mal-Organizzazzjoni tan-Negozjar Estern fil-Ġappun

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Kap Eżekuttiv tal-Organizzazzjoni tan-Negozjar Estern tal-Ġappun (il- Hiroyuki Ishiga (JETRO), għal diskussjoni dwar inizjattivi ġodda għal negozju u kummerċ bejn Malta u l-Ġappun.

Il-Prim Ministru fakkar kif Malta se tospita t-tieni l-ikbar kumpanija tal-kiri tal-ajruplani fid-dinja, settur pjuttost ġdid, li juri kemm hi dinamika l-ekonomija ta pajjiżna. Waqt il-laqgħa kien innutat ukoll li s-settur ewlieni tal-esportazzjoni f’Malta huwa dak tal-micro-chips. 

Waqt il-laqgħa, id-delegazzjoni mmexxija mill-Prim Ministru spjegat il-leġiżlazzjoni ta’ pajjiżna fis-settur tal-blockhain,u fakkret li Malta hija l-ewwel ġurisdizzjoni fid-dinja li għandha liġijiet apposta għal dan is-settur. Kien innutat ukoll l-interess konsiderevoli li hemm f’dan is-settur mill-Ġappun.

Intant, il-Kap Eżekuttiv tal-Organizzazzjoni  qali li s-suċċess ekonomiku ta’ Malta huwa ferm iktar minn dak mistenni, u li pajjiżu qed iħares lejn Malta bħala destinazzjoni strateġika biex wieħed jilħaq lill-Afrika ta’ Fuq u l-Ewropa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend