Il-House of Commons "vittma ta' fake news" – Il-Gvern Malti | One News

Notifiki

Il-House of Commons “vittma ta’ fake news” – Il-Gvern Malti

Il-Gvern ta’ Malta qal li hu ddiżappuntat bir-rapport maħruġ mill-House of Commons tal-Ingilterra b’rabta ma’ fake news. Il-Gvern qal li ironikament, l-istess rapport għandu informazzjoni falza u infondanti minn sit onlajn anonimu, liema informazzjoni ġiet miċħuda mill-Gvern Malti.

Il-House of Commons irrefera għal blog ta’ Manueel Delia, attivist u blogger tal-Partit Nazzjonalista. Il-Gvern qal li l-blog post għandha numru ta’ ipotesi foloz b’informazzjoni bbażata fuq supożizzjonijiet bil-għan li xxerred informazzjoni malizzjuża. 

Dan mhux biss hekk kif l-istess blog ma tipprovdix biżżejjed evidenza sabiex tipprova dak li hemm miktub, iżda l-Gvern qal ukoll li l-istess blog ma jirrikonoxxix iċ-ċaħda pubblika tal-akkużi.

Il-Gvern Malti qal kif hija sfortuna li l-House of Commons spiċċa vittma hu ta’ fake news, għax ir-rapport ħareġ fil-beraħ u f’idejn il-midja tar-Renju Unit, u  għamel referenza għal diversi aspetti li huma fattwalment inkorretti.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għamel kuntatt mal- Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin u l-Commonwealth fir-Renju Unit  dwar l-inċident sfortunat fejn il-House of Commons ġiet mġiegħlha temmen, kif ukoll tippubblika, informazzjoni falza ma’ membru stat tal-Unjoni Ewropea u tal-Commonwealth.

Il-Gvern ta’ Malta qed jitlob biex il-Kumitat jirranġa dan l-iżball fil-pubblikazzjoni tiegħu tar-rapport finali.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend