Delia kien iffaċċjat b'ittra ta' 16–il deputat | One News

Notifiki

Delia kien iffaċċjat b’ittra ta’ 16–il deputat

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, kellu jċedi wara li fost oħrajn kien iffaċċjat b’ittra ta’ 16-il Membru Parlamentari li qalulu li ma jaqblux li Simon Busuttil ikun sospiż.

Jirriżulta li kienet din l-ittra l-iktar li nfluwenzat lil Adrian Delia. Fil-fatt, anke meta l-proċess ta’ medjazzjoni kien diġa’ beda għaddej hu xorta ddikjara li se jibqa’ għaddej bid-deċiżjoni tiegħu.

Iżda, id-deputat Karol Aquilina dawwar ittra li ffirmawha dawk li fl-aħħar jiem bdew jiktbu #notinmyname u #strongertogether u din l-ittra kisbet appoġġ ta’ ħafna. Tant, li Adrian Delia spiċċa jibża’ li jitlef l-appoġġ fil-parlament.

Fil-fatt nies madwar Delia huma ddiżapuntanti kif din il-mossa baqgħet għaddejja anke waqt il-medjazzjoni u finalment kienet determinanti biex Delia ċeda l-armi u għaddiet ta’ Simon Busuttil.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend