Rabta storika li tmur lura ghall-ewwel gurnata tal-Belt Valletta.
Hekk il-Kuratur ta’ Heritage Malta, Kenneth Cassar, spjega r-relazzjoni bejn il-Belt Valletta u l-Ordni tad-Dumnikani.
Relazzjoni li hi esposta f’wirja fil-kunvent u żewġ oratorji tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Portu Salvu u San Duminku fil-Belt.
Is-Sur Cassar spjega kif il-Kavallieri ma kellhomx f’moħħhom li jibqgħu Malta, imma l-Papa Dumnikan Piju 5 ried jikkonvinċihom mod ieħor.
Tul il-bini tal-Belt Valletta, id-Dumnikani kienu jaqsmu ta’ kuljum mill-Birgu biex jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-madwar erbat elef bennej involuti fil-bini tal-Belt.
Eventwalment saret talba biex ingħataw post permanenti fil-Belt, fejn baqgħu anke fl-agħar żminijiet, inkluż il-pesta tal-elf tmien mija u tlettax.
Fil-fatt din kienet l-ewwel knisja f’Malta li ġiet iddikjarata bħala bażilika, t-tmien waħda madwar id-dinja kollha, u t-tielet barra minn Ruma.
Bħal ħafna ordnijiet, l-arti kienet importanti, u l-Knisja hija meqjusa minn uħud bħala mużew tal-arti ta’ Giuseppe Calì.
Fil-wirja dawn u iżjed dettalji, inkluż dwar il-fratellanzi mwaqqfa hawnhekk, li fost l-oħrajn kienu jieħdu ħsieb lil dawk ikkundannati għall-mewt, kif ukoll il-ġrajja interessanti ferm ta’ Padre Ottomano (SHOT 424G6169), bil-ktieb tiegħu tal-Liturġija Kattolika miktuba bl-Għarbi.
Cassar temm jgħid li r-relazzjoni bejn il-Belt u d-Dumnikani għadha ħajja ferm, u wieħed jista’ jinnutaha kemm fil-wirja, imma anke fil-festa ta’ San Duminku, ċċelebrata fil-ħamsa ta’ Awwissu.
Din il-wirja hi miftuħa kuljum sas-sebgħa ta’ Ottubru bejn l-għaxra ta’ filgħodu u l-erbgħa ta’ waranofsinhar.