Simon Busuttil mażżra m'għonq il-PN – Alfred Sant | One News

Notifiki

Simon Busuttil mażżra m’għonq il-PN – Alfred Sant

Simon Busuttil missu ireżenja immedjatament wara r-Rapport tal-Maġistrat Aaron Bugeja, iżda l-Partit Laburista jaqbillu jekk Busuttil ma jirreżenja għax dan huwa mażżra mal-PN. Dan qalu Alfred Sant dalgħodu fil-programm ‘Sibt il-Punt’ ma’ Manwel Micallef fuq ONE Radio. Alfred Sant  reġa’saħaaq li David Casa għandu jirreżenja mill-Parlament Ewropew. Casa mar Ateni fil-fondi tal-Parlament Ewropew biex jixhed favur Maria Efimova biex din ma tintbagħatx lura Malta.

Alfred Sant qal li l-każ tal-Egrant jaqbel mal-istrateġija politika li l-lemin fl-Ewropa ili jsegwi għal dawn l-aħħar tletin sena fejn il-lemin jikkonċentra fuq il-mexxejja tax-xellug u taċ-ċentru, ħafna drabi jevitaw li joħoru bi proposti ġodda.

Alfred Sant iddeskriva lill-MEP Portugiża Anna Gomes bħala  ‘eċċitata’ u l-atteġġjament politiku tagħha bħala ‘ċajta’ waqt  li sħabha l-Portugiżi jiddeskrivuha bħala suffarell.

Dr Sant innota li anke ‘The Times’ hija maqsuma dwar ir-riżenja ta’ Simon Busuttil. Immedjatament wara r-rapport tal-inkjesta qalet li Busuttil kellu jirreżenja, issa qiegħed jerġa’ jibdielhom dwar is-sejħiet għar-riżenja ta’ Busuttil u ta’ David Casa.

Għaddejja kampanja professjonali kontra Malta fil-Parlament Ewropew b’nies imħallsa professjonalment. Għamel sew il-PM li sejjaħ elezzjoni bikrija għax ħarbat l-istrateġija politika tal-PN kien li joħolqu u jtawlu l-inċertezza fil-pajjiż. Din kienet bil-maqlub tal-istrateġija tal-PN li lejlet ir-Referendum Eddie Fenech Adami kien gideb u qal li Alfred Sant kien żammlu lil ibnu milli jidħol l-Universita’ meta ma kienx hemm ċans jirribatti din il-gidba malizzjuża, qal Sant.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend