Mara tinqabad fil-karozza wara inċident fis-Siġġiewi | One News

Notifiki

Mara tinqabad fil-karozza wara inċident fis-Siġġiewi

Mara ta’ 45 sena ddaħħlet l-isptar għall-kura wara li ħabtet ġo Range Rover fil-bypass tas-Siġġiewi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax tal-Ġimgħa filgħaxija waqt li l-mara kienet ħierġa minn stabbiliment li hemm fl-istess triq.

Hawnhekk hija daħlet ġol-vettura l-oħra bil-konsegwenza li hija inqabdet ġol-karozza tagħha. Membri tal-Protezzjoni Ċivili li ġew imsejħa fuq il-post kellhom iqattgħu iż-żewġ bibien tal-ġenb tal-karozza sabiex ħarġu l-mara mit-tifrik tal-karozza.

Hija tittieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza b’infermier. Jidher li l-mara sofriet ġrieħi ħfief.

Aktar dettalji kif jaslulna.

Ritratti u filmati: Owen Galea / Edward Montebello

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend