Żagħżugħ jinżamm arrestat wara li nqabad iħott 110 kilo droga Kannabis | One News

Notifiki

Żagħżugħ jinżamm arrestat wara li nqabad iħott 110 kilo droga Kannabis

Inżamm arrestat Dennis Agius ta’ 28 sena akkużat b’assoċjazzjoni u pussess tad-droga Kannabis liema sustanza kienet għal skop ta’ traffikar.

Iż-żagħżugħ Ġwanniż ġie arrestat mill-pulizija nħar il-Ħamis li għadda f’Ħal Luqa ftit tal-ħin wara li kien ġie arrestat l-Isqalli minn Sirakuża f’Ta’ Qali. Dan wara li malli seħħ l-arret tal-Isqalli, l-pulizija ġiet mgħarfa li kien hemm 110kg droga oħra tal-kannabis li kienet moħbija ġol kannestri tal-bettieħ u li kienu ser imorru għand l-imputat Dennis Agius.

Kien hawn, li l-Maġistrat tal-Għassa ħareġ ‘control delivery’ fejn tqabbdet persuna oħra sabiex tmur twassal il-konsenja tal-110kg droga kannabis f’Ħal Luqa fejn hemmhekk kien hemm iż-żagħżugħ qiegħed jistenna. Dennis Agius intlemaħ jistenna biswit il-garaxx fejn il-pulizija arrestatu waqt li kien qiegħed iħott ix-xogħol jiġifieri l-konsenja tad-droga minn fuq it-trakk; liema konsenja kienet indirizzata speċifikament għal dak il-garaxx.

Għall-imputat dehru l-Avukati Amadeus Cachia u Marion Camilleri li ma talbux għall-ħelsien mill-arrest. Dennis Agius wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u għalhekk inżamm arrestat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend