ARA: It-tariffi tal-iskema ta' regolarizzazzjoni tal-proprjetà mhux se jogħlew | One News

Notifiki

ARA: It-tariffi tal-iskema ta’ regolarizzazzjoni tal-proprjetà mhux se jogħlew

L-iskema ta’ regolarizzazzjoni tal-Awtorita tal-Ippjanar se tkun estiża għal sena oħra. Dan filwaqt li l-ħlasijiet se jinżammu kif kienu fl-ewwel sentejn.

F’intervista ma’ One News, iċ-chairperson eżekuttiv tal-Awtorita tal-Ippjanar Johann Buttigieg tkellem dwar din il-bidla.

Bidla li se tfisser li mhux se jkun hemm żieda ta’ ħamsa u għoxrin fil-mija tal-ħlasijiet.

Ħassejna l-bżonn għaliex anke mid-domanda li kien hawn t’applikazzjonijiet li qed jiġu imposti li nagħmlu estensjoni ta’ din l-iskema u ddeċidejna li attwalment inżommu ir-rata kif kienet oriġinali.

L-ewwel sentejn tal-iskema se jagħlqu fid-dsatax t’ Awwissu.

Is-Sur Buttigieg tkellem dwar ir-raġunijiet prinċipali għaliex kien hemm dil-bidla fil-ħlasijiet tat-tielet sena tal-iskema.

Nies li jixtiequ japplikaw imma mhux qed isibu periti biżżejjed biex ikunu jistgħu jagħmlu dawn l-applikazzjonijiet ta’ regularisation, kif ukoll il-fattur ekonomiku li min allura ma jistax jilħaq jagħmel dit-tip ta’ regularisation jaf ikollu problema biex attwalment meta jiġi biex ibiegħ jew jagħmel tranżazzjoni fuq il-propjetà tiegħu jaf ikollu problemi mal-banek u ma’ min ikun qed jixtri.

Jirriżulta l-iktar lokalità li fiha kien hemm applikazzjonijiet kienet San Pawl il-Baħar, segwieta miż-Żebbuġ u minn Tas-Sliema.

Applikazzjonijiet li ġġeneraw mas-sbatax-il miljun ewro, li bihom l-Awtorita tal-Ippjanar setgħet toħloq skemi ġodda biex dawk il-flus jerġgħu ikunu investieti fil-kommunita.

Prattikament l-applikazzjonijiet kienu jirrelataw mainly residential uses, jiġifieri dak huwa l-main bulk tal-applikazzjonijiet. L-ammont t’ applikazzjonijiet li daħlu jaqbżu t-tmint elef u tmien mitt applikazzjoni u r-rata ta’ approval taqbeż is-sebgħa u disgħin fil-mija ta’ approval rate, u li dawk l-applikazzjonijiet li ma jiġux aċċettati, ma jiġux aċċettati għaliex fl-opinjoni tal-awtorità dawn ikunu an injury to amenity, jew inkella ma jkunux skont l avviż legali kif inħareġ u allura ma jkunux jistgħu japplikaw 

Is-Sur Buttigieg qal li fil-każ ta’ dawk l-applikazzjonijiet li ma setgħux jiġu aċċettati, l-Awtorita tal-Ippjanar tagħmel dak kollu possibbli biex dak li jkun jiġi konformi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend