Inżamm arrestat għax kiser imnieħer l-impjegat tiegħu | One News

Notifiki

Inżamm arrestat għax kiser imnieħer l-impjegat tiegħu

Inżamm arrestat Jason Genovese ta’ 43 akkużat li kiser imnieħer l-impjegat tiegħu Ahmed Hassan Moussa Ebid li kien ilu jaħdem miegħu għal dawn l-aħħar 4 xhur. Il-każ seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tal-11:20 f’Marsaskala abbord bastiment tas-sajd bl-isem ta’ All Saints.

FIl-Qorti ingħad li din mhux l-ewwel darba li Genovese li jaħdem bħala sajjied, allegatament refa jdejh fuq l-impjegat imsemmi dan għaliex skont l-allegat vittma, kull meta l-imgħallem Genovese ma jkunx sodifatt bix-xogħol huwa allegatament jagredixxi lill-Ahmed Hassan Moussa Ebid. L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Il-prosekuzzjoni qalet li kawża tal-ġrieħi li ġarrab il-ħaddiem, kellu jsirlu intervent li dam għaddej għal madwar għaxar siegħat dan hekk kif sofra ksur fl-għadma ta’ mnieħru. Minkejja li d-difiża kkontestat l-arrest, il-Qorti dehrilha li l-arrest kien wieħed validu.

Genovese huwa akkużat ukoll li kien riċediv dan hekk kif kiser il-liberta’ proviżorja li ngħatatlu f’każ ieħor separat. Għaldaqstant il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend