Inċident fid-dar residenzjali tal-anzjani fiż-Żejtun – One News

Notifiki

Inċident fid-dar residenzjali tal-anzjani fiż-Żejtun

Is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva ġie infurmat b’inċident fid-dar residenzjali tal-anzjani fiż-Żejtun.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jirriżulta li l-inċident seħħ minħabba shortage f’apparat elettroniku li wassal għal daħna f’din id-dar.

L-amministrazzjoni ta’ CareMalta ħadet il-miżuri kollha neċessarji. Numru ta’ anzjani kienu evakwati mill-kmamar bħala prekawzjoni sakemm ġie assigurat li l-kmamar kienu siguri.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend