ARA: ICHOOSE – Fiera mmirata għall-karriera tal-istudenti | One News

Notifiki

ARA: ICHOOSE – Fiera mmirata għall-karriera tal-istudenti

Attendenza mill-aqwa għall-fiera ICHOOSE li hija mmirata sabiex tgħin studenti li spiċċaw mill-iskola sekondarja kif ukoll dawk li ser jibdew jistudjaw fuq livell terzjarju jagħżlu l-karriera li jixtiequ.

Waqt din il-fiera li saret f’lukanda l-Furjana, l-istudenti kellhom l-opportunita’ li jiltaqgħu mal-imprendituri kif ukoll 31 esebitur ġejjin minn diversi setturi fosthom it-turiżmu, l-informatika, l-gaming kif ukoll mill-korpi ddixiplinati.

One News tkellem ma’ Thomas Camilleri li huwa Career Advisor fil-Kulleġġ ta’ Għawdex fejn elenka dwar l-iskop ta’ attivita’ ta’ din ix-xorta immirata għall-istudenti:

Biex jgħinu l-istudeni jibnu triq ideali tagħhom u dawk l-istuenti li ma jkunux jafu x’jagħmlu fil-futur tagħhom jiġu hawnhekk isibu aktar informazzjoni u jiltaqgħu mal-employer potenzjali tagħhom.

Minkejja li hemm studenti li għandhom idea dwar x’jixtiequ jagħmlu f’ħajjithom, is-Sur Camilleri rrimarka kif fieri ta’ din ix-xorta xorta huma utili għall-fatt li dawn jistgħu joffru alternattivi oħra lill-istess studenti:

Huwa tajjeb għalik biex issib il-plan b tiegħek-issib kors li ma kontx taf bih qabel. 

Għal din il-fiera attenda l-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo li ltaqa’ mal-esebituri u l-imprendituri li qegħdin hemm sabiex jgħinu lill-istudenti jagħmlu għażliet tajbin għall-karieri li jixtiequ jadottaw fil-futur qrib.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend