BIL-FILMAT: Puli jiffilmjana għal żewġt iflixken Coca Cola | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Puli jiffilmjana għal żewġt iflixken Coca Cola

Kmieni s-Sibt wara nofsinhar, crew ta’ ONE NEWS li kien fuq il-qadi ta’ dmirijietu f’Tal-Pietà sab ma’ wiċċu lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista mal-vettura tiegħu b’żewġt ifliexken coca f’idejh.

Puli li jidher li dejqitu sew il-preżenza ta’ ONE NEWS quddiem id-Dar Ċentrali, ħareġ mill-binja akkumpanjat minn uffiċjal tas-sigurtà b’mobile f’idejh biex jiffilmja lill-ġurnalisti tal-ONE.

Filmat meħud mill-ġurnalista juri lil Puli jaqbad u jiftaħ il-bieba tax-xufier.

Skjetta t-tweġiba tal-crew ta’ ONE għall-bluha tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li flok bagħtu jbigħ id-duħħan, l-ispeċjalità ta’ Puli, talbu jmur lura bil-flixken minn fejn ġie.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend